Solennita’ Liturgika tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’

June 11, 2010

Qalb ta' Gesu'Nhar il-Gimgha 11 ta’ Gunju 2010, il-Knisja Universali ticcelebra s-Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’. Fil-Knisja Bazilika tax-Xaghra, din il-festa tigi ccelebrata b’dan il-mod:

5.00am, 5.30am, 6.00am, 6.30am, 7.45am u 8.30am: Quddies bi hsieb qasir.

9.00am: Espozizzjoni Solenni ta’ Gesu’ Ewkaristija u Ftuh tal-Adorazzjoni.

9.00am – 5.00pm: Adorazzjoni Ewkaristika fil-Bazilika.

5.00pm: Quddiesa bi hsieb qasir u wara titkompla l-Adorazzjoni.

7.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata. Janima din il-Liturgija l-Kor Voci Angeliche tal-Parrocca taghna.

Wara l-Quddiesa, ghall-habta tat-8.00pm, issir Purcissjoni Solenni b’Gesu’ Ewkaristija li tghaddi mit-toroq Vjal it-8 ta’ Settembru, Bambina, Mithna, Mqades, Frangisk Camilleri u lura ghal Misrah il-Vitorja. Quddiem l-istatwa tal-Qalb ta’ Gesu’ fil-misrah ta’ quddiem il-Mithna ta’ Kola, isir l-Att tal-Konsagrazzjoni tal-familji lill-Qalb ta’ Gesu’ u tinghata l-Barka Sagramentali.

Mad-dhul tal-purcissjoni fil-Bazilika, jinghad it-Talb ghall-Qdusija tas-Sacerdoti fl-gheluq tas-Sena Sacerdotali u tinghata l-Benedizzjoni Ewkaristika.