JUM STORIKU GHALL-KUNSILL LOKALI XAGHRA: L-ewwel pass lejn Centru Civiku li jixraq lil-lokalita’ taghna

IMG_0540Illum il-Hamis 4 ta’ Frar 2010, fil-bini tal-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali Xaghra, saret ic-cerimonja tal-iffirmar tad-devoluzzjoni tal-istess ufficini bil-ghan li jinghata bidu ghall-progett ambizzjuz tac-Centru Civiku fil-lokalita’ taghna. Prezenti ghal din ic-cerimonja importanti fl-istorja tal-Kunsill kien hemm l-Onor. Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni Pubblika, l-Onor. Dr. Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari ghall-Erarji Pubblici u Artijiet, il-Kummissarju tal-Artijiet is-Sur Albert Mamo, is-Sindku Joseph Cordina, il-kunsilliera Mary Carmen Bajada u Joseph Bartolo flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Joseph Azzopardi.

Ic-cerimonja bdiet ghall-habta tas-1.00pm bil-wasla taz-zewg Segretarji Parlamentari mistiedna u nzammet fis-sala fejn isiru s-seduti tal-Kunsill. Is-Sindku Joseph Cordina wera x’inhu l-pjanijiet tal-Kunsill fir-rigward ta’ dan il-progett. Dan ix-xoghol, li huwa stmat li ser jigi jiswa madwar € 400,000, jikkonsisti fi process ta’ twaqqiegh tal-bini ezistenti biex minfloku jinbena Centru Civiku li jinkorpora fih l-ufficcji amministrattivi tal-Kunsill, l-ghassa tal-pulizija, il-poliklinika tal-Gvern u l-latrini pubblici. Il-pjanti tax-xoghol tistghu tarawhom online ma’ dan l-artiklu. Ghall-beneficcju taghkom, dawn il-pjanti ser ikunu wkoll esebiti fis-sala tal-laqghat tal-Kunsill fl-ufficini taghna mil-lum il-Hamis 4 sa nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010 fil-hinijiet normali tax-xoghol.

Il-progett kif inhu mfassal jinkwadra tajjeb hafna mal-mizuri mhabbra ftit tal-gimghat ilu bhala parti mir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Fost dawn insemmu l-htiega li l-Kunsill iservi bhala one stop shop fejn ir-residenti Xaghrin ikunu jistghu jinghataw servizz pubbliku adekwat u efficjenti. Il-progett jissodisfa wkoll il-kuncett ta’ l-accessibilita’ peress li l-bini l-gdid ser jinkludi wkoll lift bil-ghan li jiffacilita l-bzonnijiet tal-persuni anzjani u l-persuni b’dizabilita’. Ix-xoghol mistenni jibda fix-xhur li gejjin u ahna nawguraw li dan il-progett ikun jista’ jitwettaq sal-ahhar ghall-beneficcju tal-komunita’ taghna.

Aktar dettalji jinghataw fix-xhur li gejjin.


Related posts:

  1. Il-Kunsill Lokali Xaghra jifrah lil student mil-lokalita’ taghna
  2. Il-Kunsill Lokali Xaghra jibda l-korsijiet tal-Aerobics fil-lokalita’ taghna
  3. Il-Kunsill Lokali Xaghra jibbenefika minn fondi taht l-iskema ‘Progetti Specjali’
  4. Cerimonja tal-Iffirmar tad-Devoluzzjoni tal-Ufficcju Amministrattiv
  5. Il-Ktieb Pass ‘Il Boghod Minnek – Attivita’ fl-Ghasri
  6. L-Awtorita’ Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar tapprova l-permess għall-bini ta’ Ċentru Ċiviku ġdid fix-Xagħra
  7. Aktar xoghlijiet fil-lokalita’ : Kunsill Lokali b’kuntatt kontinwu mar-residenti Xaghrin
  8. Ghoti ta’ Fondi ghal Progetti Specjali
  9. Harga ghall-anzjani Xaghrin organizzata mill-Kunsill Lokali Xaghra