Attivita’ ghall-anzjani fil-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati

Bhala parti mill-festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati ccelebrata fil-parrocca tax-Xaghra, liema festa tilhaq il-qofol taghha nhar il-Hadd 17 ta’ Jannar (jum il-festa liturgika tal-Qaddis), illum l-Erbgha 13 tax-xahar, il-Kunsill Lokali Xaghra organizza attivita’ specjali ghall-anzjani. Din l-attivita’ saret ukoll bi ftehim u kollaborazzjoni mal-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-imsemmija knisja.

Fid-9.00am saret Quddiesa koncelebrata li tmexxiet minn Dun Anthony Bajada flimkien mal-W.R. Kan. Guzepp Sultana. Dun Anthony gie ordnat sacerdot nhar it-13 ta’ Gunju 2009 u bhalissa qieghed barra minn xtutna sabiex jaghmel esperjenza ta’ hidma pastorali. Dun Anthony kien fostna ghall-festa tal-pussess tal-Kappillan Dun Joseph Bajada fil-Fontana u ser jibqa’ maghna sal-festa ta’ Sant’Anton biex imbaghad ikompli bil-hidma tieghu fl-ghalqa tal-Mulej. Il-Kan. Dun Guzepp Sultana huwa wicc pjuttost familjari u assocjat mac-Centru tal-Anzjani ghall-fatt li sa mit-twaqqif ta’ l-istess Centru lura fl-1999, huwa beda jiehu hsieb l-organizzazzjoni tal-Quddiesa li tigi ccelebrata lill-anzjani kull nhar ta’ Erbgha filghodu. L-Ewkaristija llum giet iccelebrata fil-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati li aktar kmieni fl-istorja ta’ rahalna, bejn is-sena 1688 u l-1692, serviet bhala l-ewwel Knisja parrokkjali tax-Xaghra.

Waqt din il-Quddiesa, gie amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. L-attivita’ intemmet b’talb devozzjonali lil Sant’Anton Abbati u b’mument socjali ghall-anzjani – kollox gie fi tmiemu ghall-habta ta’ nofsinhar.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li laqghu l-istedina tal-Kunsill u ippartecipaw f’din il-harga tal-lum!