Il-missjunarju Xaghri Patri George Camilleri SJ izur ic-Centru ta’ Matul il-Jum ghall-Anzjani

Il-parrocca tax-Xaghra hija maghrufa, fost l-ohrajn, ghan-numru ta’ vokazzjonijiet sacerdotali, religjuzi u missjunarji li hargu minn hdanha. Huwa ta’ unur ghalina lkoll li fis-Seminarju Magguri, il-parrocca taghna dejjem ghandha prezenza qawwija u dan huwa dovut lil hafna fatturi, fosthom l-imhabba li l-poplu Xaghri ghandu lejn is-sacerdot, il-hidma ma taqta’ xejn ta’ hafna presbiteri fil-kamp tal-vokazzjonijiet ecc.

Wiehed mill-missjunarji Xaghrin huwa Patri George Camilleri, hu l-mibki Patri Gigi, li jinsab barra minn xtutna fejn jaghmel esperjenza ta’ evangelizzazzjoni fost il-poplu ta’ l-Indja. Patri George ihaddan il-karizma tas-Socjeta’ imwaqqfa minn Sant’Injazju ta’ Loyola – is-Socjeta’ tal-Kumpannija ta’ Gesu, maghrufa b’mod aktar popolari bhala ‘tal-Gizwiti’. F’Ghawdex, ghad baqaghlna numru limitat ta’ patrijiet Gizwiti li jghixu flimkien f’Dar Manresa, fl-inhawi tal-Fontana. Patri George issa ilu ghal snin twal f’din l-art imbieghda jwassal id-dawl ta’ Kristu lill-poplu Indjan u ma jkunux hafna dawk id-drabi li jigi fostna sabiex, l-ewwelnett izur lill-familjari tieghu li joqoghdu x-Xaghra, u anke jgedded il-memorji ta’ tfulitu u zghozitu fil-qalba ta’ rahalna. Inzerta li dan huna qieghed maghna ghal dawn il-festi sbieh tal-Milied u kien hsieb ghaqli hafna li nhar l-Erbgha li ghadda, 16 ta’ Dicembru, Patri George zar lill-anzjani Xaghrin li iltaqghu (bhalma jaghmlu kull nhar ta’ Erbgha) ghall-attivita’ socjali taghhom fic-Cirklu taz-Zghazagh. Huwa ccelebra l-Ewkaristija f’dan iz-zmien ta’ l-Avvent u ghamel ukoll omelija qasira fejn fiha ma naqasx li jitkellem dwar l-esperjenza missjunarja tieghu. Wara li ntemmet il-Quddiesa, Patri George kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ l-anzjani li kienu migbura ghall-okkazjoni u qasam kelma ta’ kuragg maghhom. Kienet esperjenza tassew pozittiva!

Hawn taht, qeghdin intellghu xi ritratti ta’ din l-attivita’ ghall-beneficcju taghkom. Hajr lis-Sur Lawrence Camilleri talli gentilment ghaddielna dan il-materjal. Is-Sur Camilleri jigi hu Patri George u huwa l-webmaster tal-website tal-parrocca taghna, www.xaghraparish.org.