Iccelebrata t-tifkira tas-Sette Giugno
Nhar il-Gimgha 5 ta’ Gunju 2009 gew imfakkra l-vittmi ta’ l-irvellijiet tas-Seba’ ta’ Gunju 1919 fosthom il-kompajzan taghna Guzeppi Bajada li twieled u trabba fix-Xaghra Ghawdex. Ic-cerimonja li normalment issir lejliet din il-Festa Nazzjonali, u allura fis-6 ta’ Gunju, din is-sena giet trasferita ghal gurnata qabel minhabba li mal-pajjiz kienu qed isiru l-elezzjonijiet ghall-membri Parlamentari Ewropej u ghall-Kunsilli Lokali.
Din it-tifkira bdiet b’Quddiesa fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina fid-9am li kienet immexxija mill-Arcipriet tal-Parrocca taghna Mons. Carmelo Refalo. Il-Quddiesa kienet wahda votiva b’talb partikolari ghan-nazzjon taghna. Immedjatament wara l-Quddiesa, saret cerimonja kommemorattiva quddiem il-mafkar ta’ Guzeppi Bajada fin-naha ta’ isfel ta’ Triq Bullara. Waqt din ic-cerimonja, saru interventi muzikali mill-kantanta Xaghrija Miriam Christine Borg. Il-programm kien ipprezentat mill-Kav. Joe M. Attard. Prezenti ghal din l-attivita’ kien hemm l-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex; l-Onorevoli Dr. Chris Said LLD, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni; is-Sindku Joseph Cordina; numru ta’ kapijiet u impjegati minn diversi Dipartimenti tal-Gvern f’Ghawdex u persuni ohra minn diversi ghaqdiet u organizzazzjonijiet li ghandna fil-lokalita’ taghna. L-attivita’ intemmet bit-tqeghid ta’ kuruni f’riglejn il-mafkar ta’ Guzeppi Bajada minn diversi persuni, fosthom minn rapprezentanza tal-Kumitat tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Kunsill Lokali Xaghra, ic-Centru Laburista tax-Xaghra u x-Xaghra United F.C. Kollox intemm bid-daqq u l-kant ta’ l-Innu Nazzjonali taghna, kliem tal-Poeta Dun Karm Psaila u muzika ta’ Mro. Robert Sammut.
Posted by admin2 | 0 comments
Recent Comments