Thejjijiet ghall-34 Edizzjoni tal-Maratona Annwali ta’ Ghawdex

Application Gozo Half Marathon (pdf) Click to Download

maratona-tghawdex-1Il-maratona t’Ghawdex, l-akbar avveniment ta’ l-atletika gewwa Ghawdex waslet proprju fl-erbgha u tletin (34) edizzjoni taghha. Ta’ min jinnota li din hi l-eqdem Maratona organizzata fil-gzejjer Maltin u Ghawdxin.

Il-maratona t’Ghawdex giet organizzata ghall-ewwel darba gewwa x-Xaghra propju fis-6 ta’ Frar 1977 mill-Kan. Dun Anton Refalo li dak iz-zmien kien ghadu gej minn Ruma u gab din l-idea minn hemm u peress li kien id-direttur tac-centru taz-zghazagh tax-xaghra hajjar xi zghazagh b’din l-idea. Iz-zghazagh ghogbithom din l-idea innovattiva u fl-ewwel tigrija hemm dokumentat li hadu sehem madwar 35 atleta li kienu zghazagh li jiffrekwentaw ic-centru taz-zghazagh. Ir-rotta kienet biss xi 6 Km u kienet saret fit-toroq tax-Xaghra. Minhabba s-success ta’ din it-tigrija, regghet giet organizzata tigrija ohra fl-istess sena, din id-darba fid-9 ta Lulju fl-eqqel tas-sajf. Din kienet l-uniku sena fejn il-maratona giet organizzata darbtejn fl-istess sena.

Minn hawn ‘l quddiem, din it-tigrija saret avveniment annwali fil-kalendarju tac-cirklu taz-zghazagh tax-Xaghra kif kien u ghadu maghruf sal-lum. Mill-1979 ‘l quddiem il-maratona twalet ghal 10 mili u kienet titlaq mill-pjazza tax-Xaghra lejn Marsalforn, ir-Ramla l-Hamra, lejn in-nazzarenu u lura lejn il-pjazza tax-Xaghra. Din kienet tinvolvi hafna tlugh u nzul u kienet dejjem tibqa fir-rahal pittoresk tax-Xaghra.

Permezz ta xi studenti universitarji xaghrin, thajru jibdew jiehdu sehem fil-maratona xi atleti maltin. Dan proprju sehh fl-1984 meta din il-maratona giet reklemata gewwa Malta fl-universita’ u fuq il-mezzi tax-xandir. F’din l-edizzjoni hadu sehem l-ewwel atleti Maltin u kellna fost l-ohrajn l-ewwel rebbieha Maltin fosthom Charles Portelli li rebah l-edizzjonijiet tal-1984, 85 u 86 u Gerald De Gaetano li rebah l-erba’ edizzjonijiet ta’ wara li huma 1987,88, 89 u 90.

Ta’ min isemmi li qabel il-1984 il-maratona kienet maghrufa bhala il-Maratona tax-Xaghra izda mill-1984 ‘l quddiem giet stabilita u maghrufa bhala l-Maratona t’Ghawdex. Matul is-snin bdew jiehdu sehem aktar atleti barranin u Maltin.

Fis-sittax-il edizzjoni jigifieri tas-sena 1991, il-maratona t’Ghawdex giet estiza ghal 13.1 mil u allura giet maghrufa bhala il-Gozo half marathon. Minn hawn il-quddiem it-tigrija bdiet tghaddi minn diversi irhula pittoreski ghawdxin. Din il-maratona bdiet tghaddi mit-toroq u l-pjazez principali ta 7 irhula Ghawdxin. Infatti bdiet titlaq mill-Pjazza tax-Xaghra, tghaddi mir-rabat, imbaghad ghal ta Sannat, Xewkija, ghajnsielem, Qala, Nadur u lura lejn il-pjazza tax-Xaghra. Din it-tigrija kienet miftuha kemm ghall-irgiel u kemm ghan-nisa. F’dik l-edizzjoni hadu sehem madwar 120 atleta.

Mill-1992 ‘l quddiem bdew jigu organizzati aktar tigrijiet fosthom tigrija ta’ 8 mili u tigrija ta 6 Km ghal studenti ta bejn 13 u 16 ‘l sena u ohra ta 4 Km ghal dawk ta taht it-13 ‘l sena. Fil- 1992 il-maratona t’Ghawdex giet affiljata mal-MAAA.

Matul is-snin il-maratona kompliet tikber fl-organizzazzjoni u zzid fin-numru ta partecipanti. Mill-1996 ‘l quddiem grupp gdid ta’ zghazagh taw spinta lil Maratona bit-twaqqif tal-GAAA li hu athletic club ta’ l-Ghawdxin. Permezz ta’ dan il-club, diversi atleti Ghawdxin zghar kienu jitrenjaw flimkien u kienu jitilghu jikkompetu fl-atletika u fit-tigrijiet gewwa Malta.

Barra minn hekk gew introdotti tigrijiet ohra fosthom tat-2 Km ghat-tfal ta taht il-hdax il-sena u Fun Run ghall-genituri ta’ dawn it-tfal biex jaghmlulhom kuragg.

F’dawn l-ahhar snin in-numru ta partecipanti lahaq sewwa l-400 atleta u anke n-numru ta zghazagh li jippartecipaw u jaghtu s-sehem taghhom fl-organizzazzjoni kiber sew. Din il-maratona tigbor hafna zghazagh flimkien, fejn hafna jkunu involuti fl-organizzazzjoni taghha minn xhur qabel, ohrajn fl-armar fil-pjazza u fit-toroq principali minn fejn tghaddi l-maratona, il-website tal-maratona imnedija miz-zghazagh infushom (www.gozomarathon.org) u hafna ohrajn bhala marshals, ohrajn fil-water stations u checkpointers mar-rotta. Din tinvolvi madwar 100 zghazugh u zghazugha fl-organizzazzjoni biss.

Din il-Maratona tant segwita nzammet hajja propju minhabba l-entuzjazmu ta’ dawn iz-zghazagh u ohrajn ta’ qabilhom fosthom Laurence Camilleri, Ronald Camilleri, Marvic Bajada, Joseph Louis Xiberras, John Grima, Joe Bajada, Josephine Sultana, Tereza Bajada u ohrajn.

Il-grupp organizzattiv tal-prezent huwa mmexxi minn zghazagh u ex-zghazagh tac-cirklu tax-xaghra li ta’ kull sena jiltaqghu biex izommu hajja din il-maratona t’Ghawdex li dejjem tigi organizzata fl-ahhar weekend t’April li hi marbuta propju mat-tifkira tat-28 ta’ April 1688 – it-twaqqif tal-parrocca tax-Xaghra. Anke din il-maratona saret parti mill-programm ta Jum ix-Xaghra li propju jigi organizzat fit-28 ta’ April. Din il-Maratona hija sponsorjata mill-Kunsill Lokali Xaghra.

Avviz Importanti:

Din is-sena, il-Maratona ta’ Ghawdex ser tinzamm nhar il-Hadd, 26 t’April. Dawk interessati ghandhom jimlew il-formola ta’ applikazzjoni annessa hawnhekk jew inkella minn fuq il-website tal-Maratona li hija www.gozomarathon.org. Grazzi tal-koperazzjoni taghkom.