Attivita’ tas-Sena Pawlina f’Marsalforn (2)
| January 24, 2009 |
Illum il-Sibt, tasal fit-tieni jum taghha l-manifestazzjoni nazzjonali “FIDI-ARTI-KULTURA” fil-bajja ta’ Marsalforn fl-okkazjoni tal-Festa Pawlina u b’rabta mal-Festa tal-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl iccelebrata fil-Knisja tieghu f’Marsalforn. Din l-attivita’ qed tigi mtella’ mill-Kumitat tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex b’kollaborazzjoni diretta tal-Kunsilli Lokali tax-Xaghra u z-Zebbug.
Fil-Knisja ta’ Marsalforn:
5.30pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwija Insinji ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill-W.R. Kan. Dun Ruben Micallef, Arcipriet tal-Parrocca ta’ Marija Assunta, Zebbug. Kant ta’ l-Innu lil San Pawl.
6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ lejliet il-festa ppreseduta mill-W.R. Kan. Dun Ruben Micallef flimkien mal-presbiterju parrokkjali tal-Parrocca taz-Zebbug. Janimaw il-Liturgija l-Korijiet Santa Maria u Regina Angelorum ta’ l-istess Parrocca taht id-direzzjoni tas-Sinjura Marija Cefai.
Wara li tintemm il-Koncelebrazzjoni, tinghad il-Kurunella lil San Pawl, tindaqq l-Antifona u tinghata l-Benedizzjoni Ewkaristika.
7.30pm: Marc brijuz mill-Banda Santa Marija taz-Zebbug (1995) madwar il-bajja ta’ Marsalforn u wara tesegwixxi programm muzikali taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Grech. Din l-attivita’ qed tkun sponsorjata mill-Kunsill Lokali Zebbug.
Related posts:
- Attivita’ ghas-Sena Pawlina f’Marsalforn (1)
- Attivita’ ghas-Sena Pawlina f’Marsalforn
- Il-Kunsill Lokali Xaghra b’attivita’ fis-Sena Pawlina
- Sehem il-Kunsill Lokali Xaghra fis-Sena Pawlina: Harsa Lura
- Tigi ccelebrata l-Festa ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl f’Marsalforn
- Inawgurata ufficjalment Wirja Pawlina fix-Xaghra
- Attivita’ ghall-anzjani Xaghrin fl-okkazjoni tal-bidu tas-sena l-gdida 2009
- Festi Pawlini fil-komunita’ ta’ Marsalforn Ghawdex
- Iccelebrata l-Festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn
david ellul
ghax ma tixtrux xi giggifogu lejlieta tkun isbah ftit nar tal- art
ivan
Sur Ellul,
din is-sena, l-attivita’ Pawlina ser issir bejn il-Gimgha 22 u l-Hadd 24 ta’ Jannar 2010 u ser tkun organizzata mill-Kunsill Lokali Zebbug Ghawdex. Inheggek sabiex tressaq dan is-suggeriment interessanti lilek lis-Sur Charlie Saliba li huwa s-Sindku taz-Zebbug jew lir-Rettur ta’ Marsalforn, il-Kan. Dun Mikiel Borg. L-emails taghhom huma zebbug.gozo.lc@gov.mt u michaelborg@onvol.net rispettivament. Grazzi.
Ivan Attard.