Galea Johann jirbah it-33 edizzjoni tan-nofs Maratona t’Ghawdex …

Galea Johann jirbah
it-33 edizzjoni
tan-nofs Maratona t’Ghawdex u Charles Cilia iwaqqaf rekord gdid.
Minn Joseph Louis Xiberras

It-33 edizzjoni tal-Maratona t’Ghawdex regghet kienet wahda ta’ success kemm f’dik li hi partecipazzjoni kif ukoll fl-organizzazzjoni perfetta tad-diversi tigrijiet li saru. Numru sabih ta’ atleti maltin, ghawdxin u barranin hadu sehem fid-diversi tigrijiet fosthom in-nofs maratona, it-tigrija tat-8 mili li daru f’diversi irhula Ghawdxin, tal-4km, tat-2Km u l-Fun Run.

In-nofs maratona li hi l-aktar girja prestigjuza, giet mirbuha ghall-ewwel darba minn Johann Galea f’hin ta’ 1:16.30”. It-tieni post gie mirbuh minn Drew Lang f’hin ta’ 1:16.31”. Ghal diversi snin konsekuttivi Drew Lang rebah it-tigrija tat-8 mili izda din is-sena ha sehem fit-tigrija tat-13 il-mil u irnexxielu jispicca fit-tieni post waqt li fit-tielet post spicca Jimmy Sacco (ex-champion ta’ din it-tigrija ukoll), f’hin ta’ 1:21.54”. Kif jindikaw il-hinijiet ta’ l-ewwel tlett atleti, kien hemm taqtiegha tajba bejn dawn l-ewwel atleti fejn t-tigrija zvolgiet f’wahda akkanita ferm sa l-ahhar. Madanakollu r-rekord tat-tigrija baqa f’idejn Charles Cilia li twaqqaf fl-2006 meta kien gera t-tigrija f’hin ta’ 1:11.40”.

Kif spjegaw ir-rebbieha f’intervista li saritilhom waqt il-prezentazzjoni, din il-maratona toffri sfida unika ghax tghaddi mill-pjanura u diversi toroq mill-irhula Ghawdxin. Certi tlajja u nzul u l-fatt li tghaddi minn qalb il-pjazzez ta’ mill-anqas 7 irhula Ghawdxin taghmel din il-maratona wahda ecitanti, unika u ta’ interess.

L-ewwel mara li spiccat in-nofs maratona kienet Josianne Attard 1:34.54’ u l-ewwel Ghawdxi kien Carmel Camilleri f’hin ta’ 1:38.11’.

Ghat-tieni sena konsekuttiva il-girja tat-8 mili regghet intrebhet minn Charles Cilia fejn rega’ waqqaf rekord gdid li hu ta’ 43.14”. Wara li s-sena l-ohra Charles kien spicca t-tigrija f’hin ta’ 44.23”, din is-sena rnexxielu jikser ir-rekord tieghu stess u jtemm ir-rekord li kien qed jhaddan Drew Lang rebbieh ta sebgha edizzjonijiet konsekuttivi bl-ahjar hin tieghu ikun fl-2001 b’hin ta’ 44.31”. Issa ta min jsemmi ukoll li Charles Cilia ghandu r-rekord assolut taz-zewg girjiet jigifieri tat-13.1 mil u tat-8 mili rispettivament li huma 1:11.40” ghat-13.1 mil u 43.14” ghat-8 mili. Prosit Charles.

Fit-tieni u fit-tielet post dahlu Jason Martin 46.06” u Andrew Grech 46.28” rispettivament. Kif jindikaw ir-rizultati, din kienet ukoll tigrija mill-aktar akkaniti u ecitanti fejn Charles Cilia deher determinat li jikser ir-rekord tieghu stess u rnexxielu.

L-ewwel Ghawdxi kien Frankie Muscat 55.54” segwit minn Domenic Cutajar 1:00:06”. Fil-kategorija tan-nisa harget rebbieha l-ghawdxija Modianne Aguis 1:05.54” segwita minn Anna Borg bartalo 1:13.10”.

Fit-tigrija tal-4Km riservata ghat-tfal ta’ bejn 12 u 16–il sena fil-kategorija tas-subien hareg rebbieh Nathaniel Attard 13.11” waqt li tal-bniet rebhet Hannah Pace 14.15”. Jacob Cini gie l-ewwel fis-sessjoni U/14 fis-sessjoni tas-subien. Eman Attard dahal l-ewwel fis-sessjoni fl-U/13 ghas-subien waqt li Bernardine Attard rebhet is-sessjoni tal-bniet U/13. Jason Theuma gie l-ewwel fis-sessjoni U/12, waqt li Miguel Tabone gie l-ewwel ghawdxi U/12.

Fit-tigrija ta’ 2Km riservata ghat-tfal ta’ etajiet zghar spiccaw fl-ewwel postijiet fil-kategorija tas-subien Mark Debrincat 7.02” u Matthew Theuma. Gabriella Saliba 7.20” giet l-ewwel fit-taqsima tal-bniet segwita minn Marija Camilleri. Michel Bezzina rebah U/11. Elaine Buttigieg rebhet U/11 waqt li l-ewwel ghawdxin fis-sessjoni U/11 kienu Robert Buttigieg ghas-subien u Sabrina Cini fis-sessjoni tal-bniet. Alessio Galea rebah l-U/10 waqt li Isaac Grima rebah l-ewwel ghawdxi U/10.

B’kollox waqt il-prezentazzjoni tqassmu madwar 95 trophy waqt li nghatat midalja, tifkira u trophy zghira lil kull partecipant. Prosit ukoll imur ghal dawk li hadu sehem fil-Fun Run fejn kienu diversi dawk il-genituri li grew ma wliedhom biex jaghmlulhom kuragg.Ma dawn il-genituri nghaqad ukoll Ronald Mcdonald li gera fil-fun Run mat-tfal. Prosit tassew.

Il-maratona organizzata mill-Gozo Amateur Athletic Association (GAAA) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Xaghra u x-Xaghra Youth Centre kienet sponsorjata minn San Michel Mineral water (Farsons Ltd), GFA review, Red Bull u Mcdonalds. L-organizzaturi jixtiequ ukoll jirringrazzjaw b’mod specjali lill-Ministeru ghal Ghawdex, lill-Pulizija, lir-Red Cross u lil mijiet ta’ voluntiera zghazagh li kienu marshalls madwar ir-rotta u li ghenu fl-organizzazzjoni.

Wiehed jista’ jidhol fuq il-websites www.gozohalfmarathon.org, www.gozomarathon.org www.xaghra.com jew www.xaghraparish.org biex jara ir-rizultati u l-hinijiet ufficcjali tal-maratona.