JUM IX-XAGHRA 2008

Applikazzjoni ta’ diversi attivitajiet konnessi ma’ ‘Jum ix-Xaghra 2008’


Il-Kunsill Lokali Xaghra ha hsieb biex ghal din is-sena jerga’ jorganizza ‘Jum ix-Xaghra’. Il-programm ser ikun imqassam bejn it-Tnejn 21 ta’ April u t-Tnejn 28 t’April 2008 kif inhu gej:

It-Tnejn 21 ta’ April – Harga ghall-Anzjani fic-¬entru ta’ l-Anzjani f’Ghajnsielem

It-Tlieta 22 t’April – Library Day bejn id-9.00 a.m. u t-8.00 p.m..fil-Librerija Lokali. Kull familja hi mhegga taghti ktieb/kotba fi stat tajjeb bhala donazzjoni lill-librerija taghna.

L-Erbgha 23 ta’ April: Fil-ghaxija quddiesa bis-sehem tat-tfal, inawgurazzjoni tal-facilitajiet sportivi u wara program ta’ loghob ghat-tfal fi Pjazza Sant’Anton.

* Dawk it-tfal li huma nteressati li jiehdu sehem fil-loghob huma mitluba jimlew l-applikazzjoni sabiex ikunu jistghu jitqassmu t-timijiet. L-applikazzjonijiet ghandhom jaslu sa l-ufficcju tal-Kunsill sa mhux aktar tard mit-Tlieta 22 t’April, 2008.

Il-Hamis: 26 t’April – L-attivita’ principali tkun fil-ghaxija billi tinfetah wirja ta’ bizzilla u ganutell fil-Kazin tal-Banda Victory.

Il-Gimgha: 27 t’April – Fil-ghaxija ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu bis-sehem taz-zghazagh u wara lejla ta’ talent lokali.

Is-Sibt: 26 t’April (wara nofsinhar)

Fil-ghodu u wara nofs in-nhar ser jigu organizzati Cultural Tours li fihom inzuru postijiet ta’ interess bhat-Tempji tal-Ggantija, il-Mithna Ta’ Kola, l-gherien u ohrajn. Dawn it-tours qed jigu kkoordinati mal-Heritage Malta u sidien tal-Gherien sabiex id-dhul f’dawn is-siti jkun b’xejn kif ukoll ikunu ggwidati minn gwida ta’ esperjenza.

Is-Sibt 26 ta’ April (filghaxija) – Cerimonja ta’ l-inawgurazzjoni tal-haxix artificjali

Il-Hadd 27 t’April (filghodu) – Il-Maratona t’Ghawdex. Din l-attivita’ tigi organizzata mill-Kunsill Lokali Xaghra flimkien mac-Cirklu taz-Zghazagh.

Il-Hadd 27 ta’ April (fighaxija): Serata kulturali fi Pjazza Vittorja bis-sehem ta’ diversi talenti lokali, qari ta’ poeziji, diskorsi ta’ l-okkazjoni. Waqt din is-serata jinghata ‘Gieh ix-Xaghra’.

It-Tnejn 28 t’April 2008 – JUM IX-XAGHRA

Quddiesa ta’ radd il-hajr fis-6.30 p.m. bil-partecipazzjoni tal-membri tal-Kunsill. Il-poplu Xaghri huwa mistieden li jattendi bi hgaru ghal dawn l-attivitajiet.