It-33 edizzjoni tal-Maratona ta’ Ghawdex

Nhar il-Hadd 27 ta’ April 2008, il-Gozo Amateur Athelic Association (GAAA) flimkien mal-Malta Amateur Athletic Association u bil-kollaborazzjoni tal-kunsill Lokali tax-Xaghra ser jorganizza t-33 edizzjoni tal-Maratona t’Ghawdex.

Din l-attivita sportiva, li hi l-akbar avveniment annwali ta l-atletika f’Ghawdex, issir taht ir-regolamenti tal-MAAA u se tkun sponsorjata minn San Michel mineral water (Simonds Farsons CISK PLC),Red bull, Mcdonalds, mill-Kunsill Lokali tax-Xaghra u mill-Ministeru ghal Ghawdex.

In-nofs Maratona fuq distanza ta’ 13.1 mil titlaq mill-pjazza tax-Xaghra fid-9.45 am lejn Marsalforn, il-belt Vittorja, Sannat, Xewkija, Ghanjnsielem, Qala, Nadur u tispicca fil-pjazza tax-Xaghra mill-gdid.

It-tigrija tat-tmien mili titlaq fid-9.45 am ukoll u tibda l-istess rota tat-13.1 mil izda jinqabzu l-irhula ta’ Ghajnsielem u l-Qala.

Jonathan Balzan rebah l-edizzjoni tat-13.1 mili tas-sena l-ohra f’siegha, 14 il-minuta u 9 sekondi fil-kategorija. Ir-rekord tat-tigrija hu f’idejn Charles Cilia (siegha u 11 l-minuta u 40 sekonda). Ta min isemmi li Charles Cilia rebah din il-maratona tlett darbiet. Waqt li Gary Debrincat rebah il-kategorija ta’ l-Ghawdxin ta’ l-istess 13.1 mili, Ramona Engerer rebhet it-13.1 mili fil-kategorija tan-nisa f’hin ta’ 1:50:31”.

Charles Cilia rebah l-edizzjoni tat-tmien mili f’44 minuta u 23 sekonda ghall-kategorija ta’ l-irgiel filwaqt li l-kategorija ta’ l-ghawdxin giet mirbuha minn Frankie Muscat f’hin ta’ 57.01”. Marisa Muscat rebhet l-edizzjoni tat-tmien mili fil-kategorija tan-nisa waqt li Modianne Aguis rebhet il-kategorija ta’ l-Ghawdxin.

Se jsiru ukoll tigrija tal-4 Km ghall-istudenti ta’ bejn it-12 u l-15 l-sena u tigrija ta’ 2 Km ghall-istudenti ta’ anqas minn 12 l-sena. It-tigrija tat-2 Km u l-Fun Run ta’ 2Km titlaq mill-pjazza tax-Xaghra fid-8.45 am waqt li dik tal-4 Km titlaq fid-8.45 am. ukoll.
Il-Fun Run hi tigrija ghal dawk kollha li jixtiequ jippartecipaw izda minghajr ma jikkompetu u hi ghal dawk kollha li ma jixtiequx jiehdu sehem fit-tigrijiet tal-8 u t-13.1 mili.

Fl-ahhar tal-programm ser jinghataw trofew zghira u vouchers lil kull participant, inkluzi tal-fun run u madwar 95 trofej ohra lir-rebbieha ta’ kull kategorija.

Dawk kollha li jixtiequ jiehdu sehem jistghu jcemplu lill-kunsill lokali xaghra fuq 21563737, lix-Xaghra Youth Centre fuq 21557214 (bejn 8.00pm u 10.00pm) jew fuq il-mobile numbers 99872487, 99862096 u 79592951.

Wiehed jista jakwista applikazzjoni u jikseb kull informazzjoni dwar il-Gozo Half marathon permezz ta’ l-internett fuq l-indirizz www.gozohalfmarathon.org, www.gozomarathon.org, www.xaghra.com, jew www.xaghraparish.org jew www.gozo.gov.mt. L-applikazzjonijiet jaghalqu u jridu jaslu ghand l-organizzaturi sa nhar il-Hamis 24 ta’ April 2008.