Il-Kuncert “Pax et Gloria”

Il-Kunsill Lokali tax-Xaghra, bl-appogg u ghajnuna ta’ l-Arcipriet u l-Wisq Rev. Kapitlu tal-Bazilika ta’ Marija Bambina, organizza d-Disa’ Edizzjoni tal- Kuncert tal-Milied bl-isem “Pax et Gloria” nhar il-Hamis 27 ta’ Dicembru fis-7.30pm fl-istess Bazilika.

 94420122.jpg

Bl-isfond ta’ l-artal imzejjen artistikament ghal dawn il-festi tal-Milied, hadu sehem orkestra maghzula b- muzicisti professjonali, il-Chorus Urbanus u solisti taht id-direzzjoni muzikali ta’ John Galea.

Fil-bidu tas-serata kien hemm id-diskors ta’ introduzzjoni mis-Sindku Joe Cordina u l-Arcipriet Mons Carm Refalo.

L-orkestra bdiet bl-Andante Religioso ta’ C.Camilleri. Is-solista Joe Chircop wera l-kapacitajiet tieghu meta esegwixxa s-Sonata per Tromba e Orchestra ta’ G.Torelli. Il-programm kompla b’sensiela ta’ carols u siltiet sagri adattati ghal dawn il-festi. Waqt il-gabra ghal C.C.F. indaqqet is-Sinfonia Pastorali fuq l-organ mis-surmast Galea.

Bhas-soltu s-Surmast Galea, il-Chorus Urbanus u s-solisti hallew impressjoni mill-aqwa fost dawk prezenti. L-udjenza li mliet il-knisja wriet l-apprezzament taghha ghall-esejkuzzjonijiet eccellenti permezz ta’ capcip twil. Apprezzat u tpaxxiet bil-programm ta’ livell gholi offrut f’din l-okkazjoni specjalment fl-“Halleluia Chorus” ta’ Handel; bicca muzika li kulhadd kien jistenna u li matulha l-migemgha qamet bilwieqfa b’sinjal ta’ qima lejn il-Misteru Divin.

Prezenti ghal dan il-programm, barra s-Sindku Joe Cordina u l-membri kollha tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra u l-Kapitlu tal-Bazilika,
kien hemm bosta personalitajiet distinti, fosthom il-Ministru Giovanna Debono, l-ispeaker Anton Tabone u d-deputati parlamentari Ghawdxin Dr Justyne Caruana u Fredrick Azzopardi u s-sinjuri taghhom.

Ray Azzopardi wera l-kapacita’ kbira ghal mod kif mexxa s-serata bl-istil inimitabbli tieghu.